VIVA L-IMMAKULATA

Il-Pellegrinagg - 19 ta' Novembru 1944

Zmien ikrah li laqat lil pajjizna, zgur li kien zmien ta' gwerra, b'mod specjali l-Ahhar Gwerra Dinjija.  Ghalina l-Bormlizi, u ghan-nies li dak iz-zmien kienu joqghodu dawn in-nahiet, kien zmien fejn kellhom ihallu darhom u jaharbu l-boghod, fl-irhula l-ohra.  Billi l-Bacir Numru 1 jinsab fil-qalba ta' Bormla, dan kien ta periklu li s-Santwarju jista' jiggarraf minn hin ghall-iehor.

Fl-24 ta' Jannar ta l-1940, minn gol-Knisja Parrokjali, hargu mghottija il-vara titulari u l-Kwadru Inkurunat. Dawn ittiehdu ghall-kenn gewwa Birkirkara fejn damu hemm sa' Novembru 1944.

F'dan iz-zmien, il-Kapitlu, kien iddecieda u qabel, li jekk il-Knisja Santwarju jibqa bla mittiefes, isir Pellegrinagg kbir minn Birkirkara ghal Bormla, bil-mixi. Dan id-digriet iffirmah l-Arcisqof ta' dak iz-zmien.  Id-data maghzula ghall-Pellegrinagg kienet il-Hadd 19 ta' Novembru. Jekk accidentalment kien ikun jinzerta xi maltemp, dan kellu jitrasferixxi ruhu ghall-Hadd ta' wara, 26 ta' Novembru. U jekk jerga jkun l-istess, kellu jsir fl-ewwel gurnata bnazzi li tinzerta. Bdew tliet (3) ijiem ta' Tridu.

Il-Hadd 19 ta' Novembru, sebah ftit imsahhab. Biss deher li kien ser jirnexxi kollox.  Wara quddiesa fil-Bazilka ta' Sant' Elena, l-Arcipriet ta' Bormla, irringrazzja lill-Kapitlu ta' Birkirkara. U propju fis-1.00 p.m., tfaccat fil-bieb tal-Bazilka l-Istatwa ta' l-Immakulata. Din kienet xena ta' ferh u biki.  Kif l-istatwa kienet fuq iz-zuntier, jinghad li minn qalb is-shab, ragg tax-xemx mar dritt fuq il-vara tal-fidda u din bhal bdiet tiddi.  Wara l-Vara mexa s-Santwarju.

Il-Pellegrinagg mexa lejn Fleur De Lys, Santa Venera, l-Hamrun fejn saret laqa kbira, l-Marsa (Trinita'), u Rahal Gdid. Fit-8.00pm, l-istatwa ddahlet Bormla trinjonfalment. Din kienet xena ta' ferh.  

"BORMLA FERHANA TILQA' LIL OMMHA" 

Hekk kienet tghid skrizzjoni li twahhlet fuq il-Mina ta' Ghajn Dwieli. U verament, dakinhar, Bormla kienet ferhana.  Ghall-habta tad-9.15pm, il-vara ddahlet lura l-Knisja wara erba' snin. Tkanta t-Te Deum mill-Arcisqof ta' Malta, l-Antifona u inghatat il-Barka Sagramentali.

 

  

                                                     

 

F'gheluq il-25 Sena mill-Pellegrinagg, fl-1969, sar Pellegrinagg madwar Bormla bl-istatwa ta' l-Immakulata

Fl-1994, Hamsin Sena wara, inhatar Kumitat Organizzativ biex jiehu hsieb festi specjali.  Gie deciz li ghal darb'ohra, l-Istatwa terga tittiehed Birkirkara. Dan sehh fit-12 ta' Novembru, gimgha qabel id-data storika. F'Birkirkara, saru gimgha ta' attivitajiet, fejn fl-ahhar gurnata, fit-18 ta' Novembru sar Pellegrinagg mat-toroq ta' dan ir-Rahal. L-ghada, fid-9.00am, l-istatwa harget mill-Bazilka u bdiet triqtha lejn Bormla. Ghaddiet mit-toroq ta' hamsin sena qabel, bid-differenza li din id-darba fis-1.00pm iddahlet, fil-knisja tal-Patrijiet f'Ghajn Dwieli. Fil-ghaxija  kompla l-Pellegrinagg lejn Bormla, u bhal hamsin sena qabel, l-istatwa ddahlet lura ghall-habta tad-9.00pm. Zgur li bhalma kien jghid il-logo maghzul, 

"MARIJA IMMAKULATA DEJJEM THARISNA."